Friday, September 13, 2024

Chelsea wara żagħżugħ ta’ 15-il sena

Aqra wkoll

Chelsea mistennija jirbħu t-taqtiegħa ma’ Manchester City, Manchester United u Real Madrid sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant Julian Hall. Dan tal-aħħar jilgħab ma’ New York RB u qed jispikka ferm fid-dipartiment offensiv tal-klabb minkejja li għad għandu 15-il sena.

Il-Blues diġa’ kienu qed jaraw lil dan il-plejer permezz tal-iskawts tagħhom meta kien jilgħab fl-U15 Generation Cup u minn hemm bdew l-ewwel kuntatti. Sadanittant hu għandu kuntratt mat-tim minn New York sas-sena 2026.

Chelsea jridu joqogħdu attenti minn Salzburg u Leipzig li wkoll huma parti mis-sidien ta’ New Yort RB u li jistgħu jkunu huma li jieħduh għall-ewwel esperjenza Ewropea.

Ekonomija

Sport