Tuesday, December 24, 2024

Chris Fearne jingħata protezzjoni mill-Parlament

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-dawl tat-talba li għamel l-eks Deputat Prim Ministru u eks Ministru Chris Fearne biex jingħata protezzjoni hu u familtu wara l-allegazzjonijiet ta’ frame up dwaru, l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta, qal li se jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija biex minbarra l-investigazzjoni li qed jagħmel f’dan ir-rigward, jara li jagħti l-protezzjoni kollha meħtieġa kif mitluba minn Fearne u l-familja tiegħu.

L-Ispeaker ordna wkoll lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex tgħaddi kopja ta’ dan ir-ruling lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex jinnotifika lill-Ambaxxata Amerikana u lill-Kummissjoni Għolja Ingliża fejn jidhru l-kumpaniji li allegatament kienu wara l-moħħ ta’ dawn l-istejjer foloz.
Fl-istess ruling, l-Ispeaker tenna li filwaqt li s-Sedja m’għandha l-ebda mansjoni tinvestiga dak li ġie rrapportat, tifhem ukoll ir-rwol importanti tal-Parlament meta jiġi attakkat membru elett mill-poplu.

Ekonomija

Sport