Chris Wood kien l-eroj ta’ New Zealand li fir-rebħa kbira ta’ 8-0 li huma kisbu kontra Samoa barra minn darhom. Hu skorja tripletta u kompla jikkonferma l-mument pożittiv li għaddej minnu hekk kif anke mal-klabb tiegħu Nottingham Forest hu skorja sitt gowls fi tliet partiti milgħuba.
Woods għandu 33 sena u kien imfaħħar minn bosta kummentaturi għax-xamma tiegħu għall-gowl. Hu lagħab ukoll ma’ Burnley u Leeds United fil-passat u ħafna qed jgħidu li għaddej minn mument ferm pożittiv fil-karriera tiegħu.