Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Christian Eriksen kiser rekord meta sar l-iktar wieħed li lagħab logħbiet għal pajjiżu. Dan kollu seħħ waqt il-logħba bejn id-Danimarka u s-Serbja li ntlagħbet jumejn ilu bl-eks plejer ta’ Tottenham, Inter u Manchester United li deher għal 133 darba. Hu għadda lid-difensur li għadu attiv Simone Kjaer li għandu 132 preżenza.
Dan kollu seħħ meta madwar tliet snin ilu l-karriera ta’ Eriksen kienet se tispiċċa għal kollox wara attakk tal-qalb li kellu f’EURO 2020 kontra l-Finlandja.