Friday, July 19, 2024

Romelu Lukaku viċin AC Milan

Aqra wkoll

Hemm possibbilta’ li l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku se jingħaqad ma’ AC Milan u għalhekk jieħu post l-iskorer Franċiż Olivier Giroud li se jmur jilgħab fl-MLS.

L-aġent ta’ Lukaku ltaqa’ mad-diriġenti Rossoneri u l-ftehim hu ferm viċin. Matul dawn l-aħħar jiem Big Rom, kif inhu magħruf, jinsab fl-azzjoni mal-Belġju f’EURO 2024 fejn s’issa ma skorja l-ebda gowl (għalkemm kellu tliet gowls imħassra bil-VAR).

Milan ma jistgħux jibqgħu jistennew lil Joshua Zirkzee ta’ Bologna u għalhekk sabu soluzzjoni sabiex jinkludu lil Lukaku.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport