Friday, April 19, 2024

Christian Pulisic mhux se jħalli lil Chelsea

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Chelsea Graham Potter saħaq li l-attakkant Christian Pulisic mhux se jħalli lill-club fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

L-internazzjonali tal-Istati Uniti tħabat biex jilħaq l-aspettattivi fi Stamford Bridge minn meta għamel iċ-ċaqliq minn Borussia Dortmund fl-2019.

Pulisic kein qed jiġi utilizzat bħala back-up għal Mason Mount, Raheem Sterling u Kai Havertz f’dan l-istaġun, għalkemm xorta gawda perjodu pożittiv fit-Tazza tad-Dinja mal-Istati Uniti.

Sport