Tuesday, May 14, 2024

Ċiklista tweġġa’ gravi f’inċident fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Ċiklista ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.00p.m., fi Triq Għar Dalam, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm mara ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun, u Toyota Auris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun ukoll.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport