Thursday, November 14, 2024

Cisk 0.0 tappoġġja bil-qalb l-għawma tar-rekord dinji li jmiss ta’ Neil Agius

… Għawma mal-kosta tal-arċipelagu Malti ppjanata għat-tieni nofs ta’ dan ix-xahar

Aqra wkoll

Simonds Farsons Cisk plc, permezz tal-marka tagħha Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager, ħabbret l-appoġġ tagħha lill-atleta kuraġġuż u attivist għal baħar nadif, Neil Agius, fl-għawma li se jagħmel biex jikser rekord dinji ieħor.

Din l-isfida Agius ħabbarha f’Lulju li għadda u mistenni jagħmilha fit-tieni nofs ta’ Settembru. Huwa se jgħum mal-kosta tal-arċipelagu Malti kollu, jiġifieri madwar 160km. L-għawma mistennija teħodlu tlett ijiem u huwa stmat li jagħmilha f’madwar 175,000 qadfa.

Neil Agius qiegħd jimmira li jikser ir-rekord dinji tiegħu stess li għandu bħalissa tal-itwal għawma bla għajnuna u bla waqfien fil-baħar.  

Ta’ ispirazzjoni

Susan Weenink Camilleri, Head of Sales & Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, “Neil huwa ta’ ispirazzjoni kemm bħala sportiv, kif ukoll bħala ambaxxatur tal-ibħra tagħna. L-isfidi dinjin tiegħu dejjem jiġbdu l-attenzjoni u l-apprezzament tal-pubbliku u tagħna.

B’din is-sħubija qegħdin nappoġġjaw l-isforzi ambjentali tiegħu u l-ħidma valida li jagħmel ma’ Wave of Change, moviment li qiegħed iħabrek biex iġib il-bidla billi jżid il-kuxjenza dwar l-effetti li nħallu fuq l-ambjent bid-deċiżjonijiet tagħna ta’ kuljum u dwar għażliet differenti aktar sostenibbli u ta’ rispett ekoloġiku. Din is-sħubija hija naturali għall-marka Cisk 0.0. Nawguraw lil Neil li jirnexxilu jwettaq il-ħolma li għandu bl-isfida li jmiss”. 

Il-birra Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager hija prodotta, irreklamata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Tissajjar bl-istess ingredjenti tradizzjonali u naturali tal-birra oriġinali Cisk Lager. Titħalla tiffermenta u timmatura biex imbagħad l-alkoħol jitneħħielha kollu bi proċess apposta maħsub biex ineħħi l-alkoħol mill-birra filwaqt li jħallilha l-palat biex tibqa’ tinħass friska u bit-togħma ħafifa ta’ xgħir, bħall-bqija tal-birer Cisk. 

Iċ-Cisk 0.0 ħarġet fis-suq fl-2022 u hija l-aħħar żieda fil-portafoll tal-marka Cisk li jinkludi wkoll iċ-Cisk Lager, iċ-Cisk Excel Low Carb Lager, iċ-Cisk Pilsner, iċ-Cisk Premium Lager, iċ-Cisk Strong Lager u l-għażla ta’ birer bit-togħma tal-frott, Cisk Chill.

Ekonomija

Sport