Sunday, December 22, 2024

Ċittadini spostati minn Gaża qed jgħixu fil-miftuħ fosthom f’parks

Aqra wkoll

Ħafna ċittadini spostati minn Gaża qed jgħixu “fuq barra fil-miftuħ, saħansitra f’parks”. Qalet dan Juliette Touma mill-Aġenzija tal-Għajnuna tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati Palestinjani, l-UNRWA, f’kummenti mal-BBC.

Skont l-uffiċċju umanitarju tan-NU, fl-aħħar jiem minn tal-inqas 100,000 persuna ħarbu lejn Rafah, li tmiss mal-Eġittu fin-nofsinhar ta’ Gaża. Touma qalet li n-NU kienet awtorizzata biex iġġib biss “assistenza limitata” iżda l-bżonnijiet umanitarji f’Gaża huma kbar.

Hija qalet li l-UNRWA kompliet taffaċċja “restrizzjonijiet għall-aċċess ta’ żoni fil-medda ta’ Gaża fejn kellha taċċessa”. Min-naħa tagħha, l-Iżrael qalet li ma kinitx qiegħda tillimita l-għajnuna u li l-problema kien fir-rigward tat-tqassim.

L-Iżrael bdiet bl-offensiva tagħha f’Gaza wara li l-attakk fatali tal-grupp Ħamas tas-7 ta’ Ottubru li għadda, li fih inqatlu 1,200 persuna u ttieħdu bħala ostaġġi 240 persuna oħra. Minn dakinhar, skont il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas, inqatlu aktar minn 21,672 persuna f’Gaża u ndarbu aktar minn 56,000 Palestinjan ieħor.

Ekonomija

Sport