Qormi FC ħabbru li Clive Mizzi se jkompli jmexxihom bħala Head Coach għall-istaġun 2026/27.
Dan se jkun it-tieni staġun tiegħu mal-klabb, wara li ngħaqad ma’ Qormi FC f’Novembru tal-2025. Matul il-karriera tiegħu, Coach Mizzi bena reputazzjoni b’saħħitha fil-futbol Malti, fosthom billi mexxa lil Melita FC għall-promozzjoni fil-BOV Premier League, filwaqt li serva wkoll bħala First Team Coach ma’ Gzira United, Mqabba, Zebbug Rangers, Naxxar Lions, Tarxien Rainbows u Sliema Wanderers.
Fi stqarrija, Qormi FC, qalu li: “L-esperjenza, it-tmexxija u l-għarfien tattiku tiegħu jagħtuna fiduċja kbira hekk kif nibdew dan il-kapitlu ġdid. Flimkien mal-istaff tekniku, il-plejers u l-partitarji tagħna, inkomplu naħdmu b’determinazzjoni lejn l-għanijiet tagħna.”
Qormi FC awguraw lill-Kowċ Clive Mizzi kull suċċess għal dan l-istaġun.




