Tuesday, April 30, 2024

Cody Gakpo jasal Liverpool biex isirlu t-test mediku

Aqra wkoll

L-Erbgħa wara nofs in-nhar, l-attakkant internazzjonali Olandiż ta’ PSV Eindhoven, Cody Gakpo, wasal fil-belt ta’ Liverpool biex isiru t-test mediku wara li r-Reds għelbu lil Manchester United għall-firma tiegħu wara li kollox kien qed jindika li kien sejjer jilgħab f’Old Trafford.

Gakpo, ta’ 23 sena, kellu Tazza tad-Dinja impressjonanti fil-Qatar, fejn skorja tliet goals hekk kif għen lill-Olanda jaslu sal-kwartifinali fejn sfaw eliminati permezz tal-għoti tal-penalties kontra l-Arġentina.

Il-ħlas għall-winger mistenni jkun €40 miljun.

Ir-Reds se jiffirmaw lil dan il-player minħabba li bħalissa ma jistgħux jagħmlu użu miż-żewġ wingers, Luis Diaz u Diogo Jota, li qed jirkupraw minn injury flimkien ma’ Roberto Firmino.

Sport