Friday, May 3, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqgħu folji tal-ħġieġ fuqu fil-Qrendi

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., kien involut f’inċident ġo garaxx li jinsab fi Sqaq il-Mitħna, il-Qrendi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kienu qed jinġarru.

Tim mediku ta l-assista tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport