Tuesday, October 15, 2024

Como jistgħu jxolju l-kuntratt ta’ Rapahel Varane

Aqra wkoll

Como jistgħu jxolju l-kuntratt tal-eks difensur ta’ Real Madrid Raphael Varane hekk kif jinsab imweġġa’ u fadallu mhux ftit sakemm jirritorna fil-grawnd.

Varane kien qed jiġi segwit sew minn Como tant li kien anke msemmi bħala akkwist prestiġġjuż. Hu weġġa’ fil-partita mill-Coppa Italia kontra Sampdoria fil-11 t’Awwissu li għadda.

Qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti, Como kisbu lil Marc Andre Kempf mingħand Hertha Berlin sabiex ipattu għal dan in-nuqqas.

Sport