Monday, October 21, 2024

Conf. Lge – Vitoria SC tajbin wisq għal Floriana

Aqra wkoll

Vitoria SC …….4

Floriana ………0

(Aggregate: Vitoria SC 5-0)

Floriana sofrew telfa kbira ta’ 4-0 kontra Vitoria SC liema partita kienet valida mit-tieni leg tat-tieni round ta’ kwali­fikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League biex sfaw eliminati bl-aggregate ta’ 5-0.

Il-Portugiżi ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif fit-tmien minuti huma fetħu l-iskor meta KAIO CESAR xeħet fix-xibka wara li rċieva mingħand Ricardo Mangas.

Imbagħad tliet minuti biss wara, kien Cesar li għadda lid-difensur, JOAO FERNANDES, li mill-viċin ma żbaljax.

Fis-37 minuta, il-Portugiżi skorjaw it-tielet goal permezz ta’ RICARDO MANGAS li kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Bruno Gaspar … u l-istess RICARDO MANGAS għamilhom erbgħa żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima.

Wara l-mistrieħ il-Portugiżi komplew jiddominaw u fit-63 minuta, huma resqu ferm viċin li jiskorjaw il-ħames goal iżda Gaspar ġie mċaħħad mill-mimduda.

Sitt minuti mit-tmiem, Tiago Silva falla opportunitá tajba mill-viċin u fit-92 minuta, Samu laqat il-wieqfa.     

VITORIA SC: 14-Bruno Varela, 8-Tomas Handel (6-Manuel Silva 74), 9-Jesus Ramires (7-Nelson Oliveira 63), 10-Tiago Silva, 13-Joao Mendes, 19-Ricardo Mangas, 24-Toni Borevkovic, 37-Kaio Cesar (79-Jose Bica 74), 44- Jorge Fernandes, 76-Bruno Gaspar, 77-Nuno Santos (20-Samu 63) – Coach: Rui Borges

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (90-Anthony Obonogwu 80), 9-Kemar Reid (22-Kyrian Nwoko 72), 11-Thiago Santos (7-Mattia Veselji 63), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri (21-Carlo Zammit Lonardelli 46), 20-Matias Garcia, 55-Alexandros Kouros, 70-Fernandinho (79-Guy Serge Yameogo 46), 77-Alejandro Garzia – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Ion Orlic (Maċedonja)

ASS. REFEREES: Anatolie Basiul, Denis Oala (Maċedonja)

RABA’ UFF: Igor Bosca (Maċedonja)

SKORERS: K. Cesar 8, J. Fernandes 11, R. Mangas 37, 43 (V)

AMMONITI: Ħadd

Sport