Sunday, November 24, 2024

Conference Lge: Balzan viċin il-kwalifikazzjoni

Aqra wkoll

Balzan għandhom sieq ġewwa fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Confe­rence League meta jospitaw lil NK Domzale wara li fis-Slovenja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1.

Minn dak li rajna fl-ewwel leg, il-coach, Oliver Spiteri, għandu skwadra ferm b’saħħitha b’diversi players barranin ġodda li bħal donnhom integraw sew flimkien filwaqt li ħolqu logħob veloċi, aggressiv u fuq kollox intelliġenti. 

L-attakk, kompost mis-Serb Aleksa Andrejic u n-Niġerjan Peter Olawale, se jkun l-arma letali tal-Balzanin hekk kif ħarbtu għal kollox lid-difiża tas-Sloveni. Filwaqt li bejniethom skorjaw tliet goals, setgħu sabu x-xibka avversarji f’okkażjonijiet oħra. 

L-inklużjoni tal-akkwist il-ġdid, Jake Grech, ta impetus lil dan is-settur ta’ nofs il-ground li jikkumplenta tant tajjeb ma’ Paul Fenech.  

It-tattika ta’ Spiteri mistennja tkun waħda ta’ konteniment konxju mill-fatt tal-vantaġġ kbir li għandhom … biex imbagħad jikkastigaw lill-avversarji bil-kontrattakk.  

Jekk il-Balzanin ikomplu javvanzaw, fir-round li jmiss huma jiffaċċjaw lir-rebbieħa bejn Vaduz (Liechtenstein) u Neman Grodno (Belarus). 

Sport