Saturday, December 21, 2024

Coronavirus: Il-WHO tapprova l-użu tal-vaċċin ta’ BioNTech-Pfizer

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tat il-validazzjoni ta’ emerġenza lill-vaċċin ta’ BioNTech/Pfizer. Din id-deċiżjoni għandha twassal biex pajjiżi japprovaw f’iqsar żmien l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċin.

Il-vaċċin ta’ BioNTech/Pfizer huwa l-ewwel vaċċin li rċieva tali approvazzjoni mill-WHO.

“Dan huwa pass pożittiv biex niżguraw aċċess dinji għall-vaċċini kontra l-Covid-19. Iżda rrid nemfasizza l-ħtieġa għal sforz akbar fuq livell dinji biex nilħqu l-provvista ta’ vaċċini biex nagħtu t-tilqima lill-popolazzjonijiet kollha,” qalet l-assistenza direttur ġenerali tal-WHO għall-aċċess ta’ prodotti mediċinali u tas-saħħa, Dr Mariangela Simao.

“Il-WHO u l-imsieħba tagħha qed naħdmu lejl u nhar biex nevalwaw vaċċini oħrajn li laħqu l-istandards ta’ sigurtà u effiċjenza. Ninkoraġġixxu lil aktar aviluppaturi biex jersqu ’l quddiem għal reviżjoni u assessjar. Huwa kruċjali li nassiguraw l-provvista meħtieġa biex inqassmu l-vaċċin madwar id-dinja u negħlu l-pandemija.”

Ekonomija

Sport