34 każ ġdid u 50 imfejqa
Matul l-aħħar 24 siegħa, b’rabta mal-imxija tal-COVID-19, instabu 34 każ ġdid filwaqt li kienu ddikjarati mfejqa 50 persuna.
Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 31 persuna, tlieta minn dawn jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
B’rabta mal-COVID-19 tħabret il-mewt ta’ anzjan ta’ 96 sena.