Wednesday, March 27, 2024

Covid-19: 71 każ ġdid u jfiqu 147

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,593 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 71 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 147 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,058.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 45 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 33 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm ħamsa li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 424 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 773,225 doża. Minn dawn 404,049 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 394,589 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport