Monday, December 9, 2024

“Ma nistax nemmen li tlift in-neputi li tant kont inħobb”… Bosta maħsuda bil-mewt ta’ Geordie Muscat

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Armata u x-Xagħra, Għawdex, jinsabu f’luttu hekk kif tilfu wieħed mill-membri tagħhom fl-età ta’ 27 sena.

Fl-aħħar sigħat bosta persuni sellmu l-memorja ta’ Geordie Muscat, deskritt bħala żagħżugħ ċajtier u lest li jgħin lil kull min għandu bżonn.

Familjari tiegħu kiteb li ma jistax jemmen li tilef in-neputi li tant kien iħobb filwaqt li ddeskrivih bħala raġel dejjem bi tbissima u qalb tad-deheb.

Ħabib tiegħu kiteb fuq il-midja soċjali li hekk kif fetaħ il-mobile, ħa l-aħbar kerha. “Kont għadek żgħir ħabib u mimli enerġija. Dħalna fl-Army flimkien u kelna ħafna mumenti sbieħ li mhu se ninsa qatt habib. Grazzi ta’ kemm-il darba konna għassa flimkien u għamilna ħafna ljieli nitkellmu u niftħu qalbna flimkien.”

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm ukoll l-Għaqda Briju 1973 – Marija Bambina Xagħra. Filwaqt li ddeskrivewh bħala żagħżugħ ċajtier, huma rringrazzjawh tal-għajnuna kbira li kien jagħti kull meta kellhom bżonn.

Fost l-oħrajn anke l-Għaqda tal-Armar 2 ta’ Settembru 1973 Xagħra fakkret il-memorja tiegħu u l-imħabba li kellu lejn Marija Bambina.

Anke l-Kumitat tax-Xagħra Unite sellem il-memorja tiegħu hekk kif Geordie kien parti minn dan il-kumitat u minn dejjem kien jaħdem qatigħ favur il-plejers u l-klabb.

Ekonomija

Sport