Saturday, December 28, 2024

Covid-19: Aktar każi ta’ fejqan milli dawk ġodda

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna niżlu għal 1,293 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati iktar każi ta’ fejqan milli dawk ġodda.

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 69 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 123 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei dawk il-persuni li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19 issa huma 19 bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 971,433 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 132,189 kienu dożi tal-booster.

Ftit tal-jiem ilu tħabbar li kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena issa jista’ japplika għall-booster kontra l-Covid-19 fuq vaccin.gov.mt

Ekonomija

Sport