Wednesday, April 24, 2024

Newcastle United interessati li jiffirmaw lil Ross Barkley

Aqra wkoll

Newcastle United huma interessati li jiffirmaw lil Ross Barkley ta’ Chelsea fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar li ġej.

It-tieqa tat-trasferienti ta’ Jannar se tkun l-ewwel darba li Eddie Howe ikun jista’ jġib il-players tiegħu stess, li hija xi ħaġa li se jkun ħerqan li jagħmel bis-sidien il-ġodda li se jsostnuh finanzjarjament.

Newcastle qed iħarsu lejn Barkley bħala għażla biex isaħħu l-midfield tagħhom, bl-istilla ta’ Chelsea tkun għażla li l-club qed jesplora.

L-internazzjonali Ingliż s’issa għamel biss erba’ dehriet mal-Blues fil-Premier League, u qed jitħabat biex jidħol fil-formazzjoni inizjali fuq bażi regolari.

Il-Magpies kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan l-istaġun meta setgħu jegħlbu lil Burnley b’goal; madankollu, il-club għadu fiż-żona tar-relegazzjoni.

Sport