Saturday, April 27, 2024

COVID-19: Ifiqu kważi d-doppju tal-każi ġodda

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,157 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 69 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 134 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,544.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 34 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 31 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm ħamsa li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 423 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 762,832 doża. Minn dawn 400,760 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 385,049 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport