Saturday, May 18, 2024

Covid-19: Sitt imwiet oħra rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 8,698.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 286 każ ġdid filwaqt li 552 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 94, bi tmienja minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 520 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet irġieel li kellhom 47, 76 u 79 sena rispettivament, u tliet nisa li kellhom 75,79,97 sena rispettivament waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,184,262 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 315,683 li huma dożi tal-booster.

Sport