Saturday, May 4, 2024

Ħaddiem jindarab gravi wara li nqaleb b’makkinarju li kien qed iħaddem

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 43 sena mill-Kosta tal-Avorju, residenti Ħal Qormi, sofra ġrieħi gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-5.45p.m., fi Triq Bir Miftuħ, il-Gudja.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel inqaleb b’makkinarju li kien qed iħaddem. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ħaddiem l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport