Friday, April 19, 2024

Covid: Ifiqu aktar mid-doppju tal-każi ġodda; tmut mara

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 11,561.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 516 każ ġdid filwaqt li 1,255 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 104, bi tmienja minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 501 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet maar ta’ 68 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,159,050 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 297,915 li huma dożi tal-booster.

Sport