Saturday, April 27, 2024

Covid: Il-każi attivi jaqbżu l-1,000

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 138 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 84 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,002.

Fl-aħħar 24 siegħa, anzjan ta’ 80 sena u ieħor ta’ 90 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija issa huma 612. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 35 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,247,286 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 345,398 kienu dożi tal-booster.

Sport