Wednesday, April 24, 2024

Cristiano Ronaldo bl-ewwel taħditiet ma’ Solskjaer … jibda t-taħriġ ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ma ħela l-ebda ħin biex jerġa’ jadatta ruħu għall-ħajja fil-bażi tat-taħriġ ta’ Carrington ta’ Manchester United hekk kif ingħata żjara gwidata mill-manager Ole Gunnar Solskjaer – qabel ma ngħaqad mat-taħriġ qabel ma jagħmel id-debutt tiegħu mar-Red Devils.

Il-player Portugiż, li rritorna mal-United mingħand Juventus fuq kuntratt ta’ sentejn li jiswa £385,000 fil-ġimgħa, kellu bżonn iqatta’ ħamest ijiem fi kwarantina wara li wasal fir-Renju Unit nhar il-Ħamis.

Wara li għamel testijiet nhar is-Sibt Ronaldo seta’ jikkonkludi l-perjodu ta’ kwarantina tiegħu bħala parti mill-iskema tat-test u r-rilaxx tal-NHS, li jippermettilu jingħaqad ma’ Manchester United.

Issa barra mill-iżolament huwa ltaqa’ mal-manager tal-United Ole Gunnar Solskjaer, li kien sieħbu fit-team waqt l-ewwel esperjenza tiegħu f’Old Trafford, u kellhom konversazzjoni fl-uffiċċju tal-manager.

Ronaldo mal-ewwel beda bil-ħidma tiegħu meta ngħaqad ma’ sħabu għat-taħriġ tat-Tlieta.

Huwa ssiġilla l-bidla sensazzjonali tiegħu għar-Red Devils bi trasferiment ta’ £19.8 miljun mingħand Juventus fis-sajf, 12-il sena wara t-tluq tiegħu minn Old Trafford biex jingħaqad mal-ġganti Spanjoli, Real Madrid.

Sport