Saturday, October 19, 2024

Cristiano Ronaldo determinanti għal Al Nassr

Aqra wkoll

Gowl ta’ Cristiano Ronaldo kien determinanti sabiex Al Nassr jegħlbu lil Al Shabab bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba verament sabiħa li ntlagħbet mis-Saudi Pro League. Kien Aymeric Laporte li poġġa lil Al Nassr minn fuq sabiex mad-90 minuta Al Shabab ġabu d-draw permezz ta’ Ali Alhassan. U meta kollox kien jidher li l-logħba se tispiċċa fi draw, wasal il-gowl kiesaħ u biered ta’ Ronaldo li sab ix-xibka fis-97 minuta.

F’aktar logħbiet, Al Ahli rebħu 3-0 barra minn darhom għandu Al Khaleey filwaqt li Al Hilal rebħu bl-istess skor lil Al Feiha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport