Cristiano Ronaldo jista’ ma jkunx disponibbli għall-ewwel partita ta’ Ralf Rangnick bħala manager ta’ Manchester United kontra Crystal Palace, il-Ħadd wara nofsinhar.
L-internazzjonali Portugiż skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 3-2 tal-Ħamis fuq Arsenal biex għamilhom 12-il goal u 16-il dehra għar-Red Devils dan l-istaġun.
Ronaldo ġie sostitwit fl-aħħar stadji tal-konfront mal-Gunners, iżda, u bir-ras irnexxielu jsib ix-xibka.
Il-player ta’ 36 sena qed jissielet bi problema fl-irkoppa, li setgħet ġiet ikkawżata meta wettaq iċ-ċelebrazzjoni famuża tiegħu tal-qabża wara li skorja t-tieni goal tiegħu f’Old Trafford.
L-injury għamlet lill-Portugiż dubjuż għall-konfront tal-Ħadd ma’ Palace.
Rangnick faħħar lil Ronaldo waqt li tkellem waqt il-konferenza stampa tal-Ġimgħa, u faħħar is-saħħa tal-ex player ta’ Sporting Lisbon, li skorja sitt goals fil-Premier League f’dan l-istaġun.