Friday, May 3, 2024

Cristiano Ronaldo f’aktar inkwiet … b’illegalitá fil-villa tiegħu

Aqra wkoll

Jidher li l-inkwiet għal Cristiano Ronaldo qed jiżdied, hekk kif bħalissa għaddej minn perijodu diffiċli fl-Ingilterra. 

Nhar il-Ħadd li għadda, flimkien ma’ Manchester United huwa safa umiljat minn Liverpool bl-iskor ta’ 5-0 f’Old Trafford. Tant kemm deher nervuż, li eventwalment ħareġ il-frustrazzjoni b’foul inutli fuq Curtis Jones fejn saħansitra kien fortunat li ma tkeċċiex. 

Iżda  l-inkwiet ma jispiċċax fil-grawnd. Issa se jkollu jwaqqa parti mill-villa tiegħu li tinsab f’Geres, fit-tramuntana tal-Portugall, meqjusa illegali mill-awtoritajiet. Jidher li l-problema hija l-estensjoni li bena mingħajr permess fuq il-proprjetá tiegħu li tiswa €3 miljuni. 

Is-Sindku tal-belt, Manuel Tibo, ikkonferma li Ronaldo se jkollu jwaqqa’ l-court tat-tennis u żieda oħra – probabbilment residenza tal-housekeeper – mhux prevista fid-disinn oriġinali tal-villa. 

“Ronaldo bena wkoll barra ż-żona maħsuba u dan huwa illegali,” qal Tibo. 

Kif ġie rrappurtat, dokumenti tal-Kunsill juru li Cristiano diġà aċċetta l-”ħtija” u applika għal permess ta’ twaqqigħ f’ismu biex iwaqqa  t-tennis court ta’ kważi 300 metru kwadru u mill-anness ta’ 115-il pied kwadru. 

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport