L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo ġie sospiż żewġ logħbiet wara t-tkeċċija li seħħet fis-semifinali tas-Super Cup tal-Arabja Sawdija bejn Al Nassr u Al Hilal.
Il-plejer veteran li kien jilgħab ma’ Manchester United, Real Madrid u Juventus, kellu reazzjoni xi ftit vjolenta ma’ avversarju ta’ Al Hilal li dan ipprova jintimidah bil-plejer li waqa’ fin-nassa.
Wara li l-kummissarju tad-dixxiplina sema’ l-każ, ġie deċiż li Ronaldo jeħel żewġ logħbiet li se jkun qed jiskontahom fil-logħbiet mill-kampjonat domestiku li Al Nassr se jilagħbu kontra Al Feiha u Al Khaleej.