Monday, September 28, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-Ġermanja megħluba f’darhom mill-Greċja

UEFA Nations League: Il-Ġermanja megħluba f’darhom mill-Greċja

0
52

 Jurgen Klopp għadu qed jistenna l-ewwel rebħa tiegħu bħala coach tat-team nazzjonali tal-Ġermanja, wara li t-tim tiegħu sofra telfa sorprendenti ta’ 1-0 kontra l-Greċja fin-Nations League.

Wara d-draw ta’ 1-1 kontra l-Olanda nhar il-Ħamis, Klopp mexxa lill-Ġermanja għat-tieni darba. Il-goal deċiżiv wasal fit-74 minuta meta Dimitrios Kourbelis xutt minn tarf il-kaxxa u l-ballun ġie devjat minn Joshua Kimmich qabel spiċċa fix-xibka.

Il-Ġermanja ddominaw il-logħba, iżda naqsu milli jsibu x-xibka avversarja, anke wara li daħal Florian Wirtz bħala sostitut.

Din kienet l-ewwel rebħa tal-Greċja fuq il-Ġermanja f’10 konfronti bejn iż-żewġ nazzjonijiet. Ir-riżultat wassal biex il-Greċja telgħu fil-quċċata ta’ Grupp 2 tan-Nations League u komplew issaħħu ċ-ċansijiet tagħho, li jikkwalifikaw għall-kwarti-finali. 

Din kienet ukoll “l-akbar rebħa” tal-Greċja kontra team ogħla minnhom fir-rankings dinjija minn meta għelbu lill-Ingilterra f’Wembley, fl-2024.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here