Monday, September 28, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-Portugall jegħlbu lin-Norveġja mingħajr Cristiano Ronaldo

UEFA Nations League: Il-Portugall jegħlbu lin-Norveġja mingħajr Cristiano Ronaldo

0
48

Erling Haaland skorja l-65 goal tiegħu mat-team nazzjonali tan-Norveġja, iżda dan ma kienx biżżejjed hekk kif il-Portugall kisbu it-tieni rebħa, din id-darba bl-iskor ta’ 2-1, minn daqstant logħbiet fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Nations League.

Wara li Joao Félix poġġa lill-Portugall fil-vantaġġ bit-tieni gal tiegħu f’daqstant logħbiet, Haaland kiseb id-draw fil-bidu tat-tieni taqsima b’tap-in minn distanza qasira.

Dan kien it-22 goal tiegħu fin-Nations League, u b’hekk kompla jkabbar ir-rekord tiegħu bħala l-aqwa skorer fl-istorja tal-kompetizzjoni.

Madankollu, fl-54 minuta, il-Portugall reġgħu marru fil-vantaġġ wara żball kbir tal-goalkeeper Norveġiż Orjan Nyland. Nyland xeħet il-ballun dritt għand Goncalo Ramos, li għeleb lill-goalkeeper b’lob mill-isbaħ biex għamilhom 2-1.

Ramos kellu wkoll tentattiv ieħor li spiċċa barra wara li xutt devjat ta’ Rafael Leao laqat il-lasta. Aktar tard, il-VAR ħassar goal ta’ Ramos minħabba offside, wara żball ieħor minn Nyland.

Cristiano Ronaldo se jkollu jistenna biex ikompli bl-objettiv tiegħu lejn l-1,000 goal fil-karriera, wara li baqa’ fuq il-bank bħala sostitut mhux użat. Il-player ta’ 41 sena fadallu 21 goal biex jilħaq din il-mira storika.

Il-Portugall kellu wkoll jgħaddi mingħajr Bruno Fernandes, hekk kif il-captain ta’ Manchester United tħalla barra mill-iskwadra minħabba injury.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here