Cristiano Ronaldo jinsab f’riskju ta’ sospensjoni ta’ sa sitt xhur u multa wara li ħalla l-kamp tat-team nazzjonali Portugiż wara li ma ntużax fil-logħba kontra n-Norveġja. Il-manager Jorge Jesus ammetta li kien qal lil Ronaldo li se jilgħab, iżda mbagħad biddel id-deċiżjoni tiegħu u ħalla lill-attakkant fuq il-bank.
Din kienet l-ewwel darba fi 18-il sena li Ronaldo kien inkluż fl-iskwadra tal-Portugall iżda ma lagħab l-ebda minuta. It-tluq tiegħu mill-kamp wassal għal kontroversja, b’oħtu Elma Aveiro titlob li jingħata “aktar rispett”.
Skont ir-regolamenti tal-Federazzjoni Portugiża, player li jitlaq mingħajr ġustifikazzjoni minn kamp ta’ taħriġ, partita jew attività relatata mat-team nazzjonali jista’ jiġi sospiż bejn xahar u sitt xhur, kif ukoll jingħata multa ta’ bejn €500 u €1,000.
Ronaldo qal li se jispjega dak li ġara “fiż-żmien opportun”, iżda ma riedx ifixkel lil sħabu. Huwa lagħab kontra Wales, iżda falla diversi ċansijiet importanti. L-eks player ta’ Manchester United, Real Madrid u Juventus, kien ammetta wkoll li kkunsidra l-irtirar wara t-Tazza tad-Dinja.




