Valletta United ħabbru l-ħatra ta’ Marko Orlovic bħala l-kowċ il-ġdid tal-klabb.
Dan huwa isem li m’għandux bżonn ħafna introduzzjoni fix-xena tal-waterpolo Malti.
Orlovic żgur li mhuwiex barrani għal dan l-ambjent, hekk kif fil-passat mexxa lit-timijiet ta’ San Ġiljan, Sirens u Birżebbuġa, u kiseb esperjenza siewja fl-isport lokali.
Issa jibda kapitlu ġdid. Orlovic jieġu t-tmun ta’ Valletta United b’viżjoni ċara, esperjenza vasta u l-ambizzjoni li jibni xi ħaġa kbira mal-klabb.
Din il-ħatra tirrappreżenta sinjal ċar ieħor tal-intenzjonijiet ta’ Valletta United, hekk kif il-klabb ikompli jsaħħaħ il-pedamenti tiegħu u jħares ’il quddiem lejn era ġdida u eċċitanti.




