Tuesday, May 14, 2024

Cristiano Ronaldo jista’ jingħaqad ma’ Newcastle United jekk …

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, li għadu kif ingħaqad ma’ Al-Nassr, għandu klawsola fil-kuntratt tiegħu li jista’ jingħaqad ma’ Newcastle United jekk dawn jikkwlifikaw għall-UEFA Champions League. 

L-eks player ta’ Manchester United ingħaqad mal-club mill-Arabja Sawdija l-ġimgħa li għaddiet wara li temm il-kuntratt mar-Red Devils bi qbil reċiproku. 

Fil-veritá huwa ried jibqa’ jilgħab fl-Ewropa iżda l-ebda club ma kien lest iħallas it-talbiet tas-salarju tiegħu meta wieħed iqis li għandu 37 sena. 

B’riżultat ta’ dan, huwa spiċċa jingħata kuntratt xokkanti ta’ €173 miljun fis-sena ma’ Al Nassr … sal-2025

Madankollu, l-impenn tiegħu fl-Ewropa għadu ma spiċċax għal kollox hekk kif fadal tama għalih. 

Il-kuntratt ta’ Ronaldo ma’Al-Nassr fih klawsola li tippermettilu jingħaqad ma’ Newcastle United b’self jekk dawn jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. 

Dan minħabba r-rabta ta’ Al-Nassr fil-Lvant Nofsani … u l-club ta’ Newcastle li huwa proprjetá tal-Fond tal-Investiment Pubbliku tal-Arabja Sawdija … biex saru l-aktar club sinjur fid-dinja. 

Min-naħa tagħhom, Newcastle jistgħu joffru football taċ-Champions League minħabba l-forma mill-aqwa li jinsabu fiha hekk kif jinsabu fit-tielet post tal-klassifika. 

Sport