Saturday, May 4, 2024

‘Cristiano Ronaldo qatt ma qalli li jrid iħalli lil Man Utd’ – Erik ten Hag

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester United, Erik ten Hag, qal li Cristiano Ronaldo qatt ma qallu li jrid jitlaq minn Old Trafford.

United infirdu mill-istilla Portugiża wara li l-attakkant veteran ta intervista televiżiva ferm kontroversjali li fiha qal li ħassu “tradut” mill-klabb u ma kellu l-ebda rispett lejn Ten Hag.

“Naħseb li kien pjuttost ċar wara l-intervista li kellu jitlaq. Naħseb li ma kellniex għalfejn niddiskutuha,” qal Ten Hag.

“Xtaqt li jibqa’ mill-ewwel mument sa issa. Ried jitlaq, kien pjuttost ċar. U meta plejer żgur ma jridx ikun f’dan il-klabb, allura jrid jitlaq.”

Sport