Thursday, November 12, 2026
Home Sport Crystal Palace jkeċċu lill-coach Pierre Sage

Crystal Palace jkeċċu lill-coach Pierre Sage

0
23

Crystal Palace keċċew lill-coach Pierre Sage wara bidu diżappuntanti fl-istaġun 2026/27 tal-Premier League, li ra lit-team jispiċċa fl-aħħar post tal-klassifika.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara r-raba’ telfa konsekuttiva fil-kampjonat, meta Palace sfaw megħluba 3-1 minn Liverpool. It-team kiseb biss seba’ punti mill-ewwel għaxar logħbiet u sofra 24 goal.

Sage, li nħatar f’Ġunju, kien ġej minn esperjenza pożittiva ma’ Lens fi Franza, iżda ma rnexxilux jirrepeti l-istess suċċess fl-Ingilterra.

Thomas Frank qed jissemma bħala l-favorit biex jieħu postu, filwaqt li Sean Dyche u Vítor Pereira huma wkoll kandidati possibbli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here