Tuesday, April 16, 2024

Cupidon Du Corbon u Surf’N Turf jirbħu t-tiġrijiet ewlenin

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Cupidon Du Corbon u Surf’N Turf rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlu parti mir-raba’ laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. 

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi. Kif mistenni, Cupidon Du Corbon (Rodney Gatt) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq. Dan minnufih fetah vantaġġ żgħir minn Doudou De Bouere (Zairen Magri) u Clovis Montaval (Marvic Bugeja). Cupidon Du Corbon żamm il-kmand sat-tmiem biex ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta’ Doudou De Bouere u ta’ Damour Jiel (Cliferty Calleja). Tzatziki (Charlton Gauci) daħal warajhom f’dik l-ordni. 

Fit-tieni waħda tal-aqwa klassi, Surf’N Turf (Michael Ellul) żied fil-ġiri fid-dritta finali biex akkwista l-ewwel rebħa tas-sena minn Aros Line (Marvic Bugeja). Sir Q.C. (Julian Farrugia) temm it-tielet mid-debuttant Franċiż Carnaval Du Vivier (Caillin Borg). Ir-rebbieħ irreġistra l-aħjar medja tal-ġurnata, dik ta’ 1.14.4” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Heritier La Vitar (C. Camilleri) Ħin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Halina Jibay (C. Vassallo) 3. Gamine d’Hawai (R. Gatt) 4. Fee Europa (T. Demanuele) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Fox Trot Du Stade (R. Magro) 3. Atoll Du Sud Ouest (M. Falzon) 4. Likearollingstone (C. Camilleri) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 2.40.2” (1.14.8”) 2. Global Tuxedo (J. Zahra) 3. Colorado Telbe (C. Vassallo) 4. Hitthebar (C. Camilleri) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Queenswood (G. Attard) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 3. Diego JYL (J. Zahra) 4. Divine De Montceau (D. Baldacchino) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Duck De L’Isop (C. Refalo) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Emissoro (R. Schembri) 3. Nimbus Tabac (J. Zammit) 4. Graal (R. Gatt) 

Giotta Buissonay tirbaħ flimkien ma’ Charles Camilleri

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Giotta Buissonay (C. Camilleri) Ħin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Hendy d’Aubervile (R. Gatt) 3. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) 4. Fast Bonnevent (N. Barbara) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Cupidon Du Corbon (R. Gatt) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Doudou De Bouere (Z. Magri) 3. Damour Jiel (C. Calleja) 4. Tzatiziki (Ch. Gauci) 

VIII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Guarda (M. Mifsud) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Faon de La Vitard (J. Gafa’) 3. Crack Des Bas (Cherise Farrugia) 4. Diadora (C. Vassallo) 

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Surf’N Turf (M. Ellul) Ħin – 2.39.1” (1.14.4”) 2. Aros Line (M. Bugeja) 3. Sir Q.C. (J. Farrugia) 4. Carnaval Du Vivier (C. Borg)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dreams Happen (R. Gatt) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Du Snob (D. Baldacchino) 3. New Moon Pellini (Ch. Magro) 4. Atus Picken (D. Xerri) 

Ekonomija

Sport