Friday, November 22, 2024

“Dak kollu li huwa meħtieġ se jsir”

Il-Prim Ministru Robert Abela dwar it-tieni fażi tat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku

Aqra wkoll

“L-investiment kollu finanzjarju li huwa meħtieġ biex ngħaddu għat-tieni fażi tat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku se nagħmluh kollu. Dak kollu li huwa meħtieġ se jsir. Għandna nies kompetenti li kapaċi jagħmluh dan ix-xogħol. Hemm ukoll sistema ta’ xogħol li ssir mal-kuntratturi. Hemm nies iffukati ferm fi ħdan l-Enemalta li nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu fl-aħħar sigħat. Għamlu dak kollu possibbli biex kemm jista’ jkun malajr jerġgħu jirripristinaw is-sistema tal-kurrent elettriku. Dak huwa l-mod ta’ kif se nkomplu naħdmu fix-xhur li ġejjin biex inkomplu nippreparaw lil dan il-pajjiż għal għada.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt kollegament telefoniku fuq ONE Radio fejn tkellem dwar il-problema tal-qtugħ ta’ dawl li qed jiġi esperjenzat f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż. B’referenza għall-Oppożizzjoni, Abela qal li s-soluzzjoni tal-PN kien li jaqbdu s-sistema tad-dawl u jbigħuha lill-privat. Irrimarka li dan ifisser li l-kontroll tal-prezz jiġi f’idejn il-privat, li b’mod sempliċi ħafna tfisser illi jkun hemm żieda fil-kontijiet.

Dr Abela spjega kif f’medda ta’ ftit xhur, sar l-ikbar investiment li qatt sar f’dan il-pajjiż fis-sistema tad-distribuzzjoni , €55 miljun ewro fl-ewwel parti, li rat tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni b’82 kilometru ta’ cables. Qal ukoll minkejja l-volum ta’ xogħol, kien hemm diversi kritika, hekk kif skont bosta qed isiru wisq xogħlijiet fit-toroq.

Il-PM qal ukoll; “Għandek il-qalb li hija d-distribuzzjoni, il-vini alterjarji li huma l-cables fis-sistema tas-substations illi permezz tagħha mill-post tal-provvista, il-kurrent jitwassal fir-residenzi. Fis-sajf li għadda rajna illi l-pajjiż għandu problema b’din is-sistema tad-distribuzzjoni u tlaqna mill-punt tat-tluq li ghamilna analizi dettaljata u hawnhekk nirringrazzja lil Ministru Miriam Dalli u lit-tim taghha, il-haddiema tal-Enemalta, l-inginiera tal-ħidma, li telqu bi pjan, pjan illi x-xoghol fiżiku erajnih fix-xitwa li ghaddiet u dawn anzlizzaw il-problemi fejn kienu”

Waqt l-istess kollegament, ġie irrimarkat ukoll il-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela ħalla pajjiżna biex imur Tripli, ħalli jindirizza t-Trans-Mediterranean Migration Forum organizzat mill-Gvern Libjan u li għalih attendew pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea u l-Afrika.

Dwar dan, Abela qal li matul din iż-żjara fil-Libja, ra diversi sfidi li qiegħed jaffaċja dan il-pajjiż. Irirmarka kif f’pajjiżna permezz tal-ħidma tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u x-Xogħol Byron Camilleri saret u għadha ssir ħidma fuq l-immigrazzjoni. B’referenza għall-Libja, Abela saħaq li tkellem man-nies ikkonċernati fuq il-qasam ta’ energija, kunċett illi fl-aħħar xhur kien qed jiġi mitkellem ħafna fil-Mediterran.

Sport