Thursday, October 15, 2026
Home Sport Riżultati Eċċellenti għaċ-Chaudron SVR 33, Mibnija f’Malta, f’Centomiglia del Lario

Riżultati Eċċellenti għaċ-Chaudron SVR 33, Mibnija f’Malta, f’Centomiglia del Lario

0
55

Team Chaudron 99 kiseb riżultati mill-aqwa fis-77 edizzjoni taC-Centomiglia del Lario, li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq il-Lag ta’ Como, abbord iċ-Chaudron SVR 33, dgħajsa mibnija f’Malta.

It-tim irritorna bi tliet trofej, fosthom l-ewwel post fil-kategorija Diporto Performance, it-tieni post fil-klassifika ġenerali taċ-Centomiglia del Lario, kif ukoll it-titlu tal-Aqwa Dgħajsa Monhull (Best Monohull Overall), f’kompetizzjoni li ħadu sehem fiha aktar minn 50 dgħajsa.

Dawn ir-riżultati nkisbu minkejja problemi tekniċi li nqalgħu matul it-tellieqa, li żammew lid-dgħajsa milli tilħaq il-veloċità massima tagħha.

“Dakinhar kellna xi problemi tekniċi u ma stajniex nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-dgħajsa. Għalhekk, li ksibna t-tieni post fil-klassifika ġenerali, ir-rebħa fil-kategorija tagħna u t-titlu tal-Aqwa Dgħajsa Monohull huwa riżultat tajjeb ħafna kemm għat-tim kif ukoll għal dgħajsa mibnija f’Malta,” qal Aaron Ciantar. “Nirringrazzjaw lil Visit Malta għall-appoġġ tagħhom.

Team Chaudron 99 kien misjuq mill-pilota Aaron Ciantar, b’Jurgen Barbara bħala ko-pilota.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here