Kritika qawwija għal ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar id-dijżil

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tal-ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar id-dijżil qajjem għadd ta’ reazzjonijiet.  Ma naqsux reazzjonijiet mill-aktar negattivi anke fl-Istati Uniti stess. diversi mexxejja u rappreżentanti Ewropej ikkritikaw il-ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar il-provvista tad-diżil Russu. It-tħassib ewlieni tagħhom huwa li dan il-ftehim se jwassal biex ir-Rusjsa iddaħħal aktar flus biex tiffinanzja l-gwerra fl-Ukrajna, idgħajjef is-sanzjonijiet u joħloq firda bejn l-alleati tal-Punent.

Kaja Kallas, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, iddikjarat  li l-mod kif tista’ tintemm il-gwerra huwa billi tiżdied il-pressjoni fuq ir-Russja, mhux billi tittaffa. Insistiet ukoll li s-sanzjonijiet Ewropej se jibqgħu fis-seħħ.

Helen McEntee, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Irlanda, iddeskriviet il-ftehim bħala wieħed li jqajjem tħassib u qalet li l-Unjoni Ewropea għandha tirdoppja l-isforzi tagħha biex iżżomm il-pressjoni fuq ir-Russja, filwaqt li żżomm il-komunikazzjoni mal-Istati Uniti

Maria Malmer Stenergard, li hi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżvezja esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-ftehim u qalet li tittama li ma jidħolx fis-seħħ. Ħeġġet ukoll lill-pajjiżi Ewropej jużaw l-assi Russi ffriżati biex iżidu l-għajnuna militari u finanzjarja lill-Ukrajna.

Fl-aħħar sigħat saret dikjarazzjoni ukoll mill-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni. Hi ddikjarat li  li l-ftehim hu riskjuż u jagħti leġittimità lil Moska. Qalet li r-riżultat ta’ din il-mossa huwa dubjuż, filwaqt li r-riskji huma ċari, qabel is-summit tal-Unjoni Ewropea.

“Il-ftehim dwar id-diżil Russu, imħabbar il-Ġimgħa li għaddiet mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump, huwa pass li nqis bħala riskjuż ħafna,” qalet Meloni waqt id-diskors tagħha fis-Senat, qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se ssir il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Hija spjegat li ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fjuwil hija dovuta prinċipalment għall-gwerra fl-Iran, u mhux għall-kunflitt fl-Ukrajna.

“Għaldaqstant, ir-riżultat ta’ din il-mossa huwa dubjuż, filwaqt li r-riskji huma ċari: li tingħata leġittimità lil Moska waqt li l-bombi tagħha għadhom jaqgħu fuq l-ibliet Ukreni, li jinħolqu dħul u riżorsi finanzjarji ġodda biex tiġi ffinanzjata l-gwerra, u li, b’mod impliċitu, tiddgħajjef il-pressjoni li joħolqu s-sanzjonijiet. Dawn huma fatturi li ma nistgħux ninjoraw, u jmorru kontra l-azzjonijiet li ħadu s’issa l-pajjiżi tal-Punent, inklużi l-Istati Uniti, biex jagħmlu pressjoni fuq Putin ħalli jersaq lejn il-mejda tan-negozjati.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport