Wednesday, July 24, 2024

“Dan is-sajf se jkun hawn it-turiżmu” … Il-PM mistenni jħabbar liema setturi se jiftħu u bid-dati ta’ meta

Aqra wkoll

F’webinar li ttella’ llum mill-Ministeru għat-Turiżmu, l-MTA u l-MHRA u li għalih kien hemm aktar minn 1,500 parteċipant tħabbar li dan is-sajf se jkun hawn it-turiżmu. L-ewwel magna li se tinxtegħel hi dik ta’ turiżmu intern bejn il-Maltin u l-Għawdxin.

Dan hekk kif sa nhar it-Tnejn li ġej il-Prim Ministru se jkun qed iħabbar liema huma dawk is-setturi fl-ekonomija li se jiftħu u bid-dati ta’ meta. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ħabbret li eżattament mat-timelines li se jħabbar il-Prim Ministru se jiġu ppubblikati protokolli ċari għall-industrija fosthom kif se joperaw ir-ristoranti, lukandi u bajjiet fost l-oħrajn.

Farrugia Portelli temmet tispjega li skatta wkoll mekkaniżmu bilaterali ma’ 9 pajjiżi oħra biex jiġu diskussi r-realtajiet tal-ivvjaġġar u nesploraw possibilitajiet ta’ safe corridors bejn il-pajjiżi.

Ekonomija

Sport