Wednesday, October 2, 2024

Dani Carvajal mistenni jġedded ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Real Madrid se jibdew taħditiet mad-difensur lemini Spanjol Dani Carvajal sabiex dan iġedded il-kuntratt li għandu mal-Merengues. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u ilu mill-2013 jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu fejn skorja 10 gowls f’285 partita.

Il-kowċ Carlo Ancelotti hu kuntent bil-wirjiet ta’ Carvajal u kien hu stess li pproponielu li jġedded il-kuntratt tiegħu. Fil-passat Carvajal lagħab ukoll Real Madrid B u Bayer Leverkusen.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport