Wednesday, February 5, 2025

Daniel Scicluna jirbaħ it-tieni U13 ranking tournament

Aqra wkoll

Daniel Scicluna minn HiTT Malta Table Tennis Academy rebaħ it-tieni ranking tournament ta’ taħt it-13-il sena meta fil-finali għeleb lil Kayden Fenech 3-0.

Scicluna kellu logħob konsistenti f’din il-kompetizzjoni eliminatorja meta rebaħ Carl Thorne u Gianni Garzia 3-0 qabel ma kiseb rebħa oħra ta’ 3-1 fis-semifinali kontra Adam Zammit.

Minkejja t-telfa, Kayden Fenech kellu fażi eliminatorja pożittiva wara li rebaħ bi skor identiku ta’ 3-0 lil Ian Bonavia, Miguel Baldacchino u Jake Arora.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport