Monday, April 29, 2024

Darts: Floriana Ajax Premier Cars punt bogħod mit-titlu

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cars jinsabu punt biss bogħod milli jirbħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts wara li għelbu lil Ħamrun Bayern B 6-2.

Il-Furjaniżi ddominaw din il-logħba hekk kif kienu intenzjonati li jkomplu bil-mument pożittiv li għaddejjin minnu. Jekk il-Greens jiksbu mqar punt mill-konfront diffiċli li għandhom kontra Ħamrun Bayern A, ikunu huma li jżommu t-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda.

Ħamrun Bayern A ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Birżebbuġa Lions b’Żejtun Laċċi li approfittaw hekk kif qabżu fit-tieni post tal-klassifika wara walk-over kontra Sliema Lounge A.

Floriana Ajax MCP komplew telgħin fil-klassifika wara skor ta’ 5-3 kontra PO’s Bar Gudja.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club A ġew dikjarati champions wara li għelbu lil Beland Żejtun 6-2. Il-Ġirbin kellhom staġun ferm konsistenti fejn dejjem żammew l-ewwel post u hekk kif fadal żewġ logħbiet għat-tmiem, huma kisbu vantaġġ ta’ tmien punti li bihom ma jistgħux jiġu milħuqa minn Duke’s Bar u Domus Men’s.

Domus Men’s u Duke’s Bar kisbu rebħiet kontra Żebbuġ Rangers DT (8-0) u Leah’s Bar A (5-3) sabiex baqgħu fit-tieni post tal-klassifika.

Fl-istess waqt, Top Gun Bar kisbu rebħa faċli ta’ 8-0 kontra Cox Bar.

Fit-tielet diviżjoni, Leah’s Bar B baqgħu fl-ewwel post wara li għelbu lil Domus Ladies 7-1 b’Żejtun Laċċi Maypole isegwu minkejja li ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Birgu Boċċi Club B. L-istess skor ġie reġistrat fil-logħba l-oħra bejn Nicolo Isouard u Munchies Bar filwaqt li Tal-Balklor Senglea xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Sliema Lounge B.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 48, Żejtun Laċċi A 42, Ħamrun Bayern A 41, Birżebbuġa Lions 40, Floriana Ajax MCP 17, Sliema Lounge A 16, Ħamrun Bayern B 6, PO’s Bar 3.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 53, Duke’s Bar, Domus Men’s 45, Top Gun 26, Cox Bar 22, Beland Żejtun 17, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar A 4.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B 52, Żejtun Laċċi Maypole 49, Birgu Boċċi Club B 40, Mqabba tal-Ġilju 32 , Nicolo Isouard 24, Tal-Balklor Senglea 21, Munchies Bar 19, Sliema Lounge B 9, Domus Ladies 8.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport