Tuesday, May 14, 2024

Darts: Ħamrun Bayern u Manchester Conquest Pub iżommu l-konsistenza

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern u Manchester Conquest Pub baqgħu b’punti massimi u jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-grupp rispettiv tagħhom wara li ntlagħbet it-tieni ġurnata tal-kampjonat tas-sajf 6-a-side organizzat mill-MDA.

Il-Ħamruniżi rebħu d-derby kontra Top Gun Bar tal-Marsa 4-2 f’partita ferm missielta minn grupp A. Wara li ż-żewġ naħat kienu viċin xulxin fl-ewwel erba’ games, kien lejn l-aħħar li Ħamrun Bayern aċċertaw ruħhom mit-tliet punti finali.

F’logħba oħra mill-istess grupp, Floriana Ajax kisbu l-ewwel tliet punti tal-kompetizzjoni wara li rebħu 4-2 lil Banda Birżebbuġa 1990. Min-naħa l-oħra, Żebbuġ Rangers kienu bye.

Fi grupp B, Manchester Conquest Pub ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil PO’s Bar 5-1 filwaqt li St Paul’s Diamonds kisbu l-ewwel rebħa tagħhom wara suċċess ta’ 4-2 kontra Sliema Inter DC. Duke’s Band Club kienu bye matul din il-ġimgħa.

KLASSIFIKA – GRUPP A

Ħamrun Bayern 6, Floriana Ajax, Top Gun Bar 3, Żebbuġ Rangers FC, Banda Birżebbuġa 0

KLASSIFIKA – GRUPP B

Manchester Conquest Pub 6, PO’s Bar, St Paul’s Diamonds 3, Duke’s Bar, Sliema Inter DC 0

Sport