Friday, April 19, 2024

Darts: Kyle Satariano jipparteċipa f’kompetizzjoni fi Vjenna

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-plejer żagħżugħ Kyle Satariano ħa sehem f’turnew internazzjonali li sar fil-belt kapitali Awstrijaka Vienna.

Madwar 120 plejer żagħżugħ u żagħżugħa minn 19-il pajjiż differenti ħadu sehem.

Satariano ħa sehem kemm fil-kompetizzjoni individwali kif ukoll f’dik tad-doubles fejn kien hawn li kiseb l-aqwa suċċess meta f’koppja mal-Awstrijak Marcel Schlupfinger huma spiċċaw fit-tielet post minn 52.

Kyle Satariano għad għandu għaxar snin u f’dawn l-aħħar xhur qed jispikka fil-logħob tiegħu fejn fl-aħħar Malta Darts International Open hu rebaħ it-turnew taż-żgħażagħ. Hu jipparteċipa fil-Kampjonat tad-darts lokali ma’ Sliema Inter Darts Club.

Sport