Wednesday, April 24, 2024

Darts: Qormi Hockey A and Ħamrun Bayern A joint leaders 

Aqra wkoll

Qormi Hockey Club A u Ħamrun Bayern A qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat 8-a-side tad-darts għalkemm it-tnejn li huma kellhom fortuni differenti fir-riżultati tagħhom ta’ tmiem il-ġimgħa. 

Ħamrun Bayern A ġew sorpriżi minn Manchester Conquest Pub tant li ġew megħluba bl-iskor kbir ta’ 7-1. Wara r-rebħa fil-konfront dirett kontra Qormi Hockey A il-ġimgħa l-oħra, wieħed stenna li l-Ħamruniżi kienu se jiksbu t-tliet punti iżda s-Sengleani kellhom pjanijiet oħra hekk kif kienu preċiżi bil-punti tagħhom u baqgħu konċentrati sal-aħħar sabiex ħadu dak li riedu. 

Sadanittant, Qormi Hockey Club A ħadu vantaġġ mit-telfa ta’ Ħamrun hekk kif rebħu lil PO’s Bar 7-1 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.  

Fi dwell għat-tielet post tal-klassifika bejn Floriana Ajax MCP A u Ħamrun Education Men kienu dawn tal-aħħar li rebħu 6-2 filwaqt li Sliema Inter DC ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu 7-1 lil Floriana Ajax MCP B. 

Fit-tieni diviżjoni, Qormi Hockey Club B żiedu l-vantaġġ tagħhom għal għaxar punti f’ras il-klassifika wara li għelbu lir-rivali Fgura Darts B 5-3.  

Fl-istess waqt, Top Gun Bar u Ħamrun Bayern B kisbu rebħiet identiċi ta’ 7-1  kontra Birżebbuġa St Peter u Żurrieq FC rispettivament.  

Fid-derby ta’ Buġibba, Whyte Hart għelbu lil Munchies Bar 6-2. 

Finalment fit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa 1990 rebħu l-konfront dirett kontra Beland Bull’s Eye 6-2 u bl-istess skor Qormi Hornets għelbu lil Cox Bar.
Mqabba tal-Ġilju u Education Ladies kisbu rebħiet importanti ta’ 5-3 kontra Fgura Darts A u Mqabba FC rispettivament.  

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI 

Qormi Hockey Club A, Ħamrun Bayern A 45, Ħamrun Education 40, Floriana Ajax MCP A 38, Manchester Conquest Pub 32, Sliema Inter DC 20, PO’s Bar 12, Floriana Ajax MCP B 0 

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI 

Qormi Hockey B 55, Fgura Darts B 45, Buġibba Whyte Hart 34, Ħamrun Bayern B 29, Munchies Buġibba, Top Gun Bar 25, Żurrieq FC Darts 9, Birżebbuġa St Peter 0. 

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI 

Banda Birżebbuġa 1990 56, Beland Bull’s Eye 49, Qormi Hornets, St Paul’s Diamonds 37,  Mqabba tal-Ġilju 28, Fgura Darts A 26, Cox Sports Bar 11, Mqabba FC Darts 9, Education Bar Ladies 7 

Sport