Saturday, May 4, 2024

Mil-lum jonqsu l-miżuri restrittivi marbuta mal-ivvjaġġar lejn pajjiżna

Aqra wkoll

Mil-lum se jonqsu l-miżuri restrittivi marbuta mal-ivvjaġġar lejn pajjiżna billi se jitneħħew ir-referenzi għal-listi ħomor u ħomor skuri tal-ivvjaġġar. Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, f’kumment li ta lil TVMnews nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Peress li mhuwiex se jkun hemm iżjed distinzjoni fil-klassifikazzjoni tal-pajjiżi, se jitneħħa l-bżonn tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika għall-ivvjaġġar minn pajjiżi li sa issa kienu mniżżla fuq il-lista l-ħamra skura. 

Għaldaqstant, mil-lum l-ivvjaġġar lejn Malta se jiddependi biss fuq l-immunità tal-individwu u għalhekk se jibqa’ l-bżonn obbligatorju li qabel persuna ttir lejn pajjiżna tkun fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika jew ċertifikat ta’ rkupru rikonoxxut mill-Awtoritajiet Maltin, jew PCR test negattiv li ma jkunx ittieħed iżjed minn 72 siegħa qabel il-wasla f’pajjiżna jew 24 siegħa fil-każ ta’ rapid test

Fil-każ li persuna ma tippreżenta l-ebda waħda minn dawn id-dokumenti mal-wasla f’Malta, se tkun mandatorja kwarantina ta’ għaxart ijiem li tonqos għal sebat ijiem jekk isir test li jirriżulta fin-negattiv. It-tfal ta’ taħt is-sitt snin huma eżentati milli juru xi wieħed minn dawn id-dokumenti li ssemmew hawnhekk.

Sport